2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Leder & Schuh International vs UASI – Epple (VALDASAAR)
(Kawża T-519/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VALDASAAR - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Val d’Azur - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2015/C 034/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Leder & Schuh International AG (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Korn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Valerie Epple (Bronnen, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Lulju 2013 (Każ R 719/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Valerie Epple u Leder & Schuh International AG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Leder & Schuh International AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 344, 23.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy