24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Alpinestars Research vs UASI – Tung Cho u Wang Yu (A ASTER)
(Kawża T-521/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva A ASTER - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti A-STARS - Raġuni relattiva għal rifjut - Riskju ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 279/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alpinestars Research Srl (Coste di Maser, l-Italja) (rappreżentanti: G. Dragotti, R. Valenti u S. Balice, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kean Tung Cho (Taichung City, Tajwan); u Ling-Yuan Wang Yu (Wuci Township, Tajwan)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 2309/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alpinestars Research Srl, minn naħa, u Kean Tung Cho u Ling-Yuan Wang Yu, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI) tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 2309/2012-4) hija annullata
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 352, 30.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy