10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-527/13) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Dazju fuq il-ħalib - Għajnuna mogħtija mill-Italja lill-produtturi tal-ħalib - Skema ta’ għajnuna marbuta mar-rimbors tad-dazju fuq il-ħalib - Deċiżjoni kundizzjonata - Nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjoni li tippermetti r-rikonoxximent tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern - Għajnuna de minimis - Għajnuna eżistenti - Għajnuna ġdida - Modifika ta’ għajnuna eżistenti - Proċedura ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Oneru tal-prova”))
(2015/C 262/25)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino u P. Grasso, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, D. Nardi u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/665/UE, tas-17 ta’ Lulju 2013, rigward l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat SA.33726 (11/C) [ex SA.33726 (11/NN)] implementata mill-Italja (proroga tal-ħlas tad-dazju fuq il-ħalib) (ĠU L 309, p. 40).
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/665/UE, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-iskema tal-għajnuna mill-Istat SA.33726 (11/C) [ex SA.33726 (11/NN)] implementata mill-Italja (proroga tal-ħlas tat-taxxa fuq il-ħalib), huwa annullat.
2)
L-Artikoli 2 sa 4 ta’ din id-deċiżjoni huma annullati sa fejn huma jirrigwardaw, minn naħa, l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha, u min-naħa l-oħra, l-għajnuna individwali mogħtija b’applikazzjoni ta’ din l-iskema ta’ għajnuna.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 344, 23.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy