25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Kenzo vs UASI – Tsujimoto (KENZO ESTATE)
(Kawża T-528/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali KENZO ESTATE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO - Raġuni relattiva għal rifjut - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni”])
(2016/C 027/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kenzo (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Wenninger Lenz, W. von der Osten-Sacken u M. Ring, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1363/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kenzo u K. Tsujimoto.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1363/2012-2), hija annullata, sa fejn ċaħdet l-oppożizzjoni għall-prodotti fil-klassijiet 29 sa 31 koperti mir-reġistrazzjoni internazzjonali mitluba.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Kenzo fil-kuntest ta’ din l-istanza.
3)
L-UASI u Kenzo Tsujimoto għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess sostnuti fil-kuntest ta’ din l-istanza.
4)
K. Tsujimoto għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u nofs l-ispejjeż sostnuti minn Kenzo għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.
(1) ĠU C 367, 14.12.2013.
Full & Egal Universal Law Academy