30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – Panrico vs UASI – HDN Development (Krispy Kreme DOUGHNUTS)
(Kawża T-534/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva Krispy Kreme DOUGHNUTS - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti DONUT, DOGHNUTS, donuts u donuts cream - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Probabbiltà ta’ vantaġġ inġust miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni - Probabbiltà ta’ dannu - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009]”])
(2015/C 398/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Panrico, SA (Esplugues de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: D. Pellisé Urquiza, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: HDN Development Corp. (Frankfort, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 623/2011-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Parrico, SA u HDN Development Corp.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Panrico, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 9, 11.1.2014.
Full & Egal Universal Law Academy