4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Šumelj et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-546/13, T-108/14 u T-109/14) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni - Tħassir qabel l-adeżjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ħolqien tal-professjoni ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoni - Dannu subit mill-persuni li ġew preċedentement maħtura uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri maħsuba sabiex jiġu osservati l-obbligi tal-adeżjoni - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Artikolu 36 tal-att ta’ adeżjoni”))
(2016/C 118/23)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Partijiet
Rikorrenti: Ante Šumelj (Zagreb, il-Kroazja), Dubravka Bašljan (Zagreb), Đurđica Crnčević (Sv. Ivan Zeline, il-Kroazja), Miroslav Lovreković (Križevaci, il-Kroazja) (Kawża T-546/13); Drago Burazer (Zagreb), Nikolina Nežić (Zagreb), Blaženka Bošnjak (Sv. Ivan Zeline), Bosiljka Grbašić (Križevaci, il-Kroazja), Tea Tončić (Pula, il-Kroazja), Milica Bjelić (Dubrovnik, il-Kroazja), Marijana Kruhoberec (Varaždin, il-Kroazja), (Kawża T-108/14); Davor Škugor (Sisak, il-Kroazja), Ivan Gerometa (Vrsar, il-Kroazja), Kristina Samardžić (Split, il-Kroazja), Sandra Cindrić (Karlovac, il-Kroazja), Sunčica Gložinić (Varaždin), Tomislav Polić (Kaštel Novi, il-Kroazja), u Vlatka Pižeta (Varaždin) (Kawża T-109/14) (rappreżentant: M. Krmek, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Ćutuk u G. Wils kif ukoll, fil-Kawżi T-546/13 u T-108/14, S. Ječmenica, aġenti)
Suġġett
Rikors għad danni maħsub sabiex jiġi riżarċit id-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir illegali tal-Kummissjoni waqt is-segwitu tagħha tal-osservanza tal-impenji tal-adeżjoni mir-Repubblika tal-Kroazja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Ante Šumelj u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 367, 14.12.2013.
Full & Egal Universal Law Academy