29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2016 – Franza vs Il-Kumissjoni
(Kawża T-549/13) (1)
((“Agrikoltura - Ħlas lura fuq l-esportazzjoni - Laħam tat-tjur - Iffissar tal-ħlas lura għal żero euro - Obbligu ta’ motivazzjoni - Possibbiltà għall-Kummissjoni li tillimita lilha nnifisha għal motivazzjoni standard - Prattika abitwali tal-Kummissjoni fil-qasam tal-iffissar tal-ħlasijiet lura - Artikolu 164(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Natura mhux limitattiva tal-kriterji previsti”))
(2016/C 078/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u C. Candat, aġenti)
Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u K. Skelly, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 367, 14.12.2013.
Full & Egal Universal Law Academy