20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2015 – Giovanni Cosmetics vs UASI – Vasconcelos & Gonçalves (GIOVANNI GALLI)
(Kawża T-559/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GIOVANNI GALLI - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti GIOVANNI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv ta’ isem u ta’ kunjom”))
(2015/C 236/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Giovanni Cosmetics, Inc. (Rancho Dominguez, Californie, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. van den Berg u M. Meddens-Bakker, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Vasconcelos & Gonçalves, SA (Lisbona, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 1189/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Giovanni Cosmetics, Inc. u Vasconcelos & Gonçalves, SA,
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Giovanni Cosmetics, Inc. Hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 25.1.2014
Full & Egal Universal Law Academy