14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-561/13) (1)
([“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Programm ta’ Żvilupp Rurali tal-Galiċia (2007-2013) - Miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali - Indennizz kumpensatorju għal żvantaġġi naturali - Infiq imwettaq minn Spanja - Kontrolli fuq il-post - Obbligu ta’ ċensiment tal-bhejjem - Artikolu 10(2) u (4) u Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 - Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nruo796/2004 - Proċedura fil-kontumaċja”])
(2015/C 302/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn N. Díaz Abad, sussegwentement minn M. Sampol Pucurull, avukat tal-Istat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Galindo Martín u P. Rossi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 219, p. 49), sa fejn din tikkonċerna l-infiq imwettaq mir-Renju ta’ Spanja għal ammont ta’ EUR 7 57 968,97.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 367, 14.12.2013.
Full & Egal Universal Law Academy