15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2015 – Hostel Tourist World vs UASI – WRI Nominees (HostelTouristW)
(Kawża T-566/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva HostelTouristW - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti HOSTELWORLD.COM - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv intrinsiku minimu tat-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni”])
(2015/C 198/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hostel Tourist World, SL (Sevilla, Spanja) (rappreżentant: J. Bartrina Díaz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palermo Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: WRI Nominees Ltd (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment G. Kelly u A. Payne, solicitors, sussegwentement A. Payne, J. Llevat Vallespinosa u J.-Y. Teindas Maillard, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 966/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-kumpannija WRI Nominees Ltd u Hostel Tourist World, SL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hostel Tourist World, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 31, 01.02.2014.
Full & Egal Universal Law Academy