11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2015 – Royal County of Berkshire Polo Club vs UASI – Lifestyle Equities (Royal County of Berkshire POLO CLUB)
(Kawża T-581/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Royal County of Berkshire POLO CLUB - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti BEVERLY HILLS POLO CLUB - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 155/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Royal County of Berkshire Polo Club Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Maitland-Walker, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: D. Russo, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1374/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lifestyle Equities CV u Royal County of Berkshire Polo Club Ltd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1374/2012-2), hija annullata, sa fejn ċaħdet l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9642621 għall-prodotti “frosti, sarġ, oġġetti magħmulin mis-sarràġ”.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014
Full & Egal Universal Law Academy