10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – H.P. Gauff Ingenieure vs UASI – Gauff (Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW)
(Kawża T-586/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti GAUFF - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 262/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG – JBG (Nuremburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Schneider-Rothhaar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gauff GmbH & Co. Engineering KG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Molnar, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 118/2013-1), dwar applikazzjoni għal restitutio in integrum.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG – JBG hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
3)
Gauff GmbH & Co. Engineering KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 24, 25.1.2014.
Full & Egal Universal Law Academy