26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – BSH vs UASI – LG Electronics (compressor technology)
(Kawża T-595/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva compressor technology - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti KOMPRESSOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/209”])
(2015/C 026/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: BSH Bosch u Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Fischer u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: LG Electronics, Inc. (Séoul, il-Korea t’Isfel)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1176/2012-1), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn LG Electronics, Inc. u BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 39, 8.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy