22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2015 – Cosmowell vs UASI – Haw Par (GELENKGOLD)
(Kawża T-599/13) (1)
((Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trademark Komunitarja figurattiva GELENKGOLD - Trademark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta tigra - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Tibdil tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Xebh bejn is-sinjali fil-livell fonetiku - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
(2015/C 205/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Cosmowell GmbH (Sankt Johann in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentant: J. Sachs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti(jiet) oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Haw Par Corp. Ltd (Singapur, Singapor) (rappreżentanti: C. Schultze, J. Ossing, R.D. Härer, C. Weber, H. Ranzinger, C. Brockmann u C. Gehweiler, avukati)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 2013/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Haw Par Corp. Ltd u Cosmowell GmbH.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 2013/2012-4) hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Cosmowell GmbH, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Bord tal-Appell.
4)
Haw Par Corp. Ltd għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Cosmowell GmbH, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Bord tal-Appell.
(1) ĠU C 39, 8.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy