10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Alma-The Soul of Italian Wine vs UASI – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE)
(Kawża T-605/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VIÑA SOL - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
2014/C 395/57
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alma-The Soul of Italian Wine LLLP (Bal Harbor, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 18/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA u Alma-The Soul of Italian Wine LLLP.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 18/2013-2), hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Alma-The Soul of Italian Wine LLLP.
3)
Miguel Torres, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy