11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015 – Mustang vs UASI – Dubek (Mustang)
(Kawża T-606/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Mustang - Trade marks nazzjonali verbali u figurattiva preċedenti MUSTANG - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 007/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mustang – Bekleidungswerke GmbH & Co. KG (Künzelsau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Völker, sussegwentement C. Roos u S. Speckmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u M. Fischer, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dubek Ltd (Petach Tikva, l-Iżrael) (rappreżentanti: C. Thomas, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Settembru 2013 (Każ R 416/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mustang – Bekleidungswerke GmbH & Co. KG u Dubek Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mustang – Bekleidungswerke GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 39, 8.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy