29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2015 – Granette & Starorežná Distilleries vs UASI – Bacardi (42 VODKA JEMNÁ VODKA VYRÁBĚNÁ JEDINEČNOU TECHNOLOGIÍ 42 %vol.)
(Kawża T-607/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva 42 VODKA JEMNÁ VODKA VYRÁBĚNÁ JEDINEČNOU TECHNOLOGIÍ 42 %vol. - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti 42 BELOW - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 213/53)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Granette & Starorežná Distilleries a.s. (Ústí nad Labem, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Chleboun, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment D. Gája u P. Geroulakos, sussegwentement M. Geroulakos u M. Šimandlova, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bacardi Co. Ltd (Vaduz, il-Liechtenstein) (rappreżentant: M. Reinisch, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1605/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bacardi Co. Ltd u Granette & Starorežná Distilleries a.s.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Granette & Starorežná Distilleries a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Bacardi Co. Ltd.
(1) ĠU C 45, 15.02.2014.
Full & Egal Universal Law Academy