29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Mejju 2015 – easyGroup IP Licensing vs UASI – Tui (easyAir-tours)
(Kawża T-608/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva easyAir-tours - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti airtours Ticket Factory - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ similitudni tas-sinjali - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Setgħa ta’ riforma - Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 213/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: easyGroup IP Licensing Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Day u K. Osgerby, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tui AG (Hanovre, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. von Schultz, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1029/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tui AG u easyGroup IP Licensing Ltd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI) tal-5 ta’ Settmebru 2013 (Każ R 1029/2012-1 hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-UASI għanu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn easyGroup IP Licensing Ltd.
4)
Tui AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 24, 25.1.2014.
Full & Egal Universal Law Academy