16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2015 – Blackrock vs UASI (SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY)
(Kawża T-609/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY - Trade mark li hija kkostitiwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tarRegolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 089/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Blackrock, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, K. Gilbert u M. Blair, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment I. Harrington, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 572/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbal SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Blackrock, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy