23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Ecolab USA vs UASI (GREASECUTTER)
(Kawża T-610/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali GREASECUTTER - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 389/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ecolab USA, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1704/2012-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali GREASECUTTER.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ecolab USA, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 25.1.2014.
Full & Egal Universal Law Academy