2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Oracle America vs UASI – Aava Mobile (AAVA CORE)
(Kawża T-618/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AAVA CORE - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti JAVA u trade mark notorjament magħrufa fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi JAVA - Raġuni relativa għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ probabbiltà ta’ assoċjazzjoni - Rabta bejn is-sinjali - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2015/C 034/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Oracle America, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Heydn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aava Mobile Oy (Oulu, il-Finlandja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1369/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Oracle America, Inc. U Aava Mobile Oy.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Oracle America, Inc. Hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 344, 23.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy