31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Marchi Industriale vs ECHA
(Kawża T-620/13) (1)
((“REACH - Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju - Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża - Rakkomandazzjoni 2003/361/KE - Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva - Determinazzjoni tad-daqs tal-impriża - Setgħa tal-ECHA - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 402/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Marchi Industriale SpA (Firenże, l-Italja) (rappreżentanti: M. Baldassarri u F. Donati, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: inizjalment M. Heikkilä, A. Iber, E. Bigi, J.-P. Trnka u E. Maurage, sussegwentement M. Heikkilä, E. Bigi, J.-P. Trnka u E. Maurage, agenti, assistiti minn C. Garcia Molyneux, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni SME(2013) 3747 tal-ECHA, tad-19 ta’ Settembru 2013, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti sabiex tibbenefika mit-tnaqqis ta’ ħlasijiet previst għall-impriżi ta’ daqs medju u li timponilha spiża amministrattiva u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-fatturi maħruġa mill-ECHA wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni SME(2013) 3747.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Marchi Industriale SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 25.1.2014.
Full & Egal Universal Law Academy