29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-623/13) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw żewġ proċeduri nazzjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni - Dokumenti mibgħuta lill-Kummissjoni minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni fil-kuntest tal-kooperazzjoni prevista mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Assenza ta’ obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li twettaq eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fit-talba għal aċċess ladarba l-investigazzjoni inkwistjoni tkun ingħalqet - Assenza ta’ neċessità ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura li titlob il-produzzjoni tad-dokumenti kontenzjużi - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari ta’ min iressaq it-talba”])
(2015/C 213/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Unión de Almacenistas de Hierros de España (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, K. Petersen u A. Lippstreu, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2013 li tirrifjuta milli tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-korrispondenza skambjata bejn il-Kummissjoni u l-Comisión Nacional de la Competencia (CNC, kummissjoni nazzjonali tal-kompetizzjoni Spanjola), dwar żewġ proċeduri nazzjonali mibdija minn din tal-aħħar.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Unión de Almacenistas de Hierros de España għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy