10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Arctic Paper Mochenwangen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-634/13) (1)
((“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet b’effett mill-2013 - Deċiżjoni 2011/278/UE - Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja - Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi - Libertà tal-intrapriża - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità”))
2014/C 395/62
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Arctic Paper Mochenwangen GmbH (Wolpertswende, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Kobes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn jiċħad l-inklużjoni tal-installazzjoni bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni DE000000000000563 fil-lista ta’ installazzjonijiet prevista fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), u l-kwantitajiet annwali totali provviżorji tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil din l-installazzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Arctic Paper Mochenwangen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 31, 1.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy