14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Trekstor vs UASI – MSI Technology (MovieStation)
(Kawża T-636/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali MovieStation - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 414/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker u M. Alber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MSI Technology GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lieb, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1914/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TrekStor Ltd u MSI Technology GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
TrekStor Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
3)
MSI Technology GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 39, 8.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy