30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Wolverine International vs UASI – BH Stores (cushe)
(Kawża T-642/13) (1)
((Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri lill-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva cushe - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti SHE u figurattivi preċedenti she - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2015/C 398/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wolverine International, LP (George Town, il-Ġżejjer Kayman, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Plesser u R. Heine, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: BH Stores BV (Curaçao, Curaçao, Entità awtonoma tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: T. Dolde, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1269/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn BH Store BV u Wolverine International, LP.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Wolverine International, LP hija kkundannata għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn BH Store BV quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju għall- Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
3)
It-talba ta’ BH Store marbuta mal-ispejjeż li hija sostniet quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI hija miċħuda.
(1) ĠU C 85, 22.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy