27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Rogesa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-643/13) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Skema ta’ skambji ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra - Talba għal aċċess għall-informazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-10 % tal-istallazzjonijiet l-iktar effikaċi tal-industrija tal-azzar - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali ta’ terz - Interess pubbliku superjuri - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Kunċett ta’ informazzjoni relatata ma’ emissjonijiet fl-ambjent - Rispett tat-termini”))
(2018/C 301/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u P.-A. Schütter, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Clotuche-Duvieusart u B. Martenczuk, sussegwentement minn F. Clotuche-Duvieusart u H. Krämer, aġenti)
Suġġett
Applikazzjoni skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2013, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent aċċess għal dokumenti li fihom informazzjoni dwar il-bażijiet ta’ kalkolu użati mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-10 % tal-istallazzjonijiet li servew bħala punt tat-tluq għad-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment ta’ parametri ta’ riferiment ex ante skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 45, 15.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy