2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2016 – Nezi vs UASI – Etam (E)
(Kawża T-645/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark Komunitarja figurattiva E - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti E - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 156/43)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Evcharis Nezi (Mykonos, il-Greċja) (rappreżentant: A. Salkitzoglou, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Etam SAS (Clichy, Franza) (rappreżentanti: G. Barbaut u A. Champanhet, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 329/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Etam SAS u Evcharis Nezi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-rikors inċidentali huwa miċħud.
3)
Evcharis Nezi u Etam SAS huma kkundannati li jbatu kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), kif ukoll li jbatu kull waħda minnhom l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 61, 1.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy