9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Wahlström vs Frontex
(Kawża T-653/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2010 - Djalogu annwali mal-evalwatur - Iffissar ta’ għanijiet”))
(2015/C 371/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Kari Wahlström (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Ottubru 2013, Wahlström vs Frontex (F-116/12, ĠabraSP, EU:F:2013:143), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tad-9 ta’ Ottubru 2013, Wahlström vs Frontex (F-116/12, ĠabraSP, EU:F:2013:143), hija annullata inkwantu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad it-tieni u t-tielet parti tat-tieni motiv għal annullament invokat fl-ewwel istanza kif ukoll it-talba għal indennizz.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2010 ta’ Kari Wahlström huwa annullat.
4)
L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) hija kkundannata għall-pagament ta’ indennizz ta’ EUR 2 000 lil K. Wahlström.
5)
Frontex hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha relatati ma’ din il-proċedura u ma’ dik quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
(1) ĠU C 52, 22.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy