10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Gako Konietzko vs UASI (Forma ta’ kontenitur ċilindriku aħmar u abjad)
(Kawża T-654/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ kontenitur ċilindriku aħmar u abjad - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 262/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Gako Konietzko GmbH (Bamberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Reinhardt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Settembru 2013 (Każ R 2232/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li huwa kkostitwit mill-forma ta’ kontenitur ċilindriku aħma u abjad bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Gako Konietzko GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 39, 8.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy