Kawża T-657/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2015 – BH Stores vs UASI – Alex Toys (ALEX) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALEX — Trade marks nazzjonali verbali u figurattiva ALEX — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Assenza ta’ xebh bejn il-prodotti u s-servizzi msemmija mit-trade marks kunfliġġenti — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”]
C2702015MT2420120150702MT0030242252
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2015 – BH Stores vs UASI – Alex Toys (ALEX)
(Kawża T-657/13) ( 1 )
“[“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALEX — Trade marks nazzjonali verbali u figurattiva ALEX — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Assenza ta’ xebh bejn il-prodotti u s-servizzi msemmija mit-trade marks kunfliġġenti — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”]”2015/C 270/30Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BH Stores BV (Curaçao, Territorju awtonomu tal-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: T. Dolde, avukat, u M. Hawkins, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alex Toys LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, P. López Ronda, G. Marín Raigal u E. Armero, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1950/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BH Stores BV u Alex Toys LLC.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
BH Stores BV hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż għall-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Alex Toys LLC għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
( 1 ) ĠU C 61, 1.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy