30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2015 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-659/13 u T-660/13) (1)
([“Trasport - Direttiva 2010/40/UE - Sistemi ta’ trasport intelliġenti - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 885/2013 - Forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet ta’ parkeġġ bla periklu u sikuri għal trakkijiet u vetturi kummerċjali - Artikolu (3)(1), Artikolu 8 u Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament ta’ Delega Nru 885/2013 - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 886/2013 - Data u proċeduri għall-forniment ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq mingħajr ħlas għall-utenti; - Artikolu 5(1), Artikolu 9 u Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament ta’ Delega Nru 886/2013”])
(2015/C 398/49)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Vláčil, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, Z. Malůšková u K. Walkerová, aġenti)
Suġġett
Fil-Kawża T-659/13, prinċipalment, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013, tal-15 ta’ Mejju 2013, li jissuplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (ĠU L 247, p. 1), u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 3(1), tal-Artikolu 8 u tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament ta’ Delega Nru 885/2013, kif ukoll, fil-Kawża T-660/13, prinċipalment, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummmissjoni (UE) Nru 886/2013, tal-15 ta’ Mejju 2013, li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti (ĠU L 247, p. 6) u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 5(1), tal-Artikolu 9 u tal-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament ta’ Delega Nru 886/2013.
Dispożittiv
1)
Il-Kawżi T-659/13 u T-660/13 huma magħqudin għall-finijiet tas-sentenza.
2)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
(1) ĠU C 45, 15.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy