10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2015 – dm-drogerie markt vs UASI – Diseños Mireia (M)
(Kawża T-662/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva M - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti dm - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2015/C 262/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Diseños Mireia, SL (Barcelona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 911/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie markt GmbH & Co. KG u Diseños Mireia, SL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 61, 1.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy