7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Jannar 2016 – Gugler France vs UASI – Gugler (GUGLER)
(Kawża T-674/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva Komunitarja GUGLER - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Eżami ex officio”])
(2016/C 090/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gugler France (Besançon,) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Alexander Gugler (Maxdorf, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 356/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gugler France u Alexander Gugler.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 356/2012-4) hija annullata
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Gugler France matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 61, 1.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy