2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Blue Coat Systems (BLUECO)
(Kawża T-685/13) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLUECO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUE COAT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)
(2015/C 073/37)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Pechan u S. Körber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Blue Coat Systems, Inc. (Sunnyvale, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: V. Dalichau, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Otturbu 2013 (Każ R 2028/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Blue Coat Systems, Inc. u Copernicus Trademarks Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Copernicus-Trademarks Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 52, 22.02.2014.
Full & Egal Universal Law Academy