3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2015 – Ricoh Belgium vs Il-Kunsill
(Kawża T-691/13) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal provvisti - Proċedura għal sejħa għall-offerti - Apparat multifunzjoni iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trasparenza”))
(2015/C 363/42)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Ricoh Belgium NV (Vilvorde, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Braeckevelt u A. De Visscher, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vitsentzatos u K. Michoel, aġenti, assistiti minn B. Van Vooren u J. Weytjens, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti sottomessa minnha fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għal offerti UCA 034/13, li tirrigwarda x-xiri jew il-kiri ta’ apparat multifunzjoni (MFP) iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni, fil-bini użat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (ĠU 2013/S 83-138901), li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2013 li tiċħad l-offerta sottomessa minn Ricoh Belgium NV fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti UCA 034/13, li tirrigwarda x-xiri jew il-kiri ta’ apparat multifunzjoni (MFP) iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni, fil-bini użat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor, hija annullata f’dak li jirrigwarda l-lott Nru 4.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 52, 22.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy