29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2016 – Harrys Pubar u Harry’s New York Bar vs UASI– Harry’s New York Bar u Harrys Pubar (HARRY’S BAR)
(Kawża T-711/13 u T-716/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HARRY’S BAR - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti PUB CASINO Harrys RESTAURANG - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2016/C 111/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Harrys Pubar AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: L.-E. Ström, avukat) (Kawża: T-711/13); u Harry’s New York Bar SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat) (Kawża T-716/13)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Harry’s New York Bar SA (Kawża T-711/13); u Harrys Pubar AB (intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-716/13)
Suġġett
Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każijiet magħquda R 946/2012-1 u R 995/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harrys Pubar AB u Harry’s New York Bar SA.
Dispożittiv
1)
Fil-Kawża T-711/13, il-punti 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każijiet magħquda R 946/2012-1 u R 995/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harrys Pubar AB u Harry’s New York Bar SA, huma annullati.
2)
Fil-Kawża T-716/13, ir-rikors ta’ Harry’s New York Bar huwa miċħud.
3)
Harry’s New York Bar huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu, nofs l-ispejjeż ta’ Harrys Pubar sostnuti minn dan tal-aħħar fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Harrys Pubar matul il-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI. L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Harrys Pubar sostnuti minn dan tal-aħħar fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 112, 14.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy