19.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Settembru 2015 – Gold Crest vs UASI (MIGHTY BRIGHT)
(Kawża T-714/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MIGHTY BRIGHT - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 346/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gold Crest LLC (Goleta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2038/2012-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MIGHTY BRIGHT bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Gold Crest LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 61, 1.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy