15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2015 – Chair Entertainment Group vs UASI – Libelle (SHADOW COMPLEX)
(Kawża T-717/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SHADOW COMPLEX - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BusinessShadow - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 198/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chair Entertainment Group LLC (Provo, Utah, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Libelle AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Strauß, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 776/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Libelle AG u Chair Entertainment Group LLC.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Chair Entertainment Group LLC għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
3)
Libelle AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 71, 08.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy