16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/25
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – NICO vs Il-Kunsill
(Kawża T-6/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Inammissibbiltà manifesta”))
(2015/C 089/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Naftiran Intertrade Co. (NICO) Sàrl (Pully, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, G. Pandey, P. Gjørtler, D. Rovetta, D. Sellers u N. Pilkington, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), sa fejn isem ir-rikorrenti ġie inkluż fil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Naftiran Intertrade Co. (NICO) Sàrl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 71, 9.3.2013.
Full & Egal Universal Law Academy