16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ April 2014 – ADEAS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-7/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))
2014/C 184/52
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Association pour la défense de l’épargne et de l’actionnariat des salariés de France Télécom-Orange (ADEAS) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A.-L. Lefort des Ylouses u A.-S. Gay, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/540/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 25/08 (ex NN 23/08) riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom imwettqa mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom (ĠU 2012, L 279, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Franċiża.
3)
L-Association pour la défense de l’épargne et de l’actionnariat des salariés de France Télécom-Orange (ADEAS) għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 79, 16.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy