16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/25
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Bouillez vs Il-Kunsill
(Kawża T-31/13 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2007 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 266 TFUE - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Kontradizzjoni ta’ motivi - Eżami komparattiv tal-merti - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2013/C 336/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Vincent Bouillez (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-14 ta’ Novembru 2012, Bouillez vs Il-Kunsill (F-75/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Vincent Bouillez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 86, 23.3.2013.
Full & Egal Universal Law Academy