15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2013 — da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-32/13 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ħatra fil-pożizzjoni ta’ Direttur tad-Direttorat A ‘Ġustizzja Ċivili’ tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni ‘Ġustizzja’ - Ċaħda tal-kandidatura tal-appellant - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Użu ħażin ta’ poter - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2014/C 45/54
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Mario Paulo da Silva Tenreiro (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2012, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni (F-120/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Mario Paulo da Silva Tenreiro għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-istanza preżenti.
(1) ĠU C 86, 23.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy