26.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 159/26
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2014 – Donnici vs Il-Parlament
(Kawża T-43/13) (1)
((Rikors għad-danni - Membri tal-Parlament Ewropew - Verifika tal-kredenzjali - Deċiżjoni tal-Parlament li tiddikjara mhux validu mandat ta’ deputat Ewropew - Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament b’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt))
2014/C 159/35
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Beniamino Donnici (Castrolibero, l-Italja) (rappreżentanti: V. Vallefuoco u J.-M. Van Gyseghem, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent bata minħabba l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Mejju 2007 dwar il-verifika tal-kredenzjali tiegħu u li ġiet annullata b’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-30 ta’ April 2009, L-Italja u Donnici vs Il-Parlament (C-393/07 u C-9/08, Ġabra p. I-3679)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Beniamino Donnici huwa kkundannat għall-ispejjeż marbutin ma’ din il-proċedura.
(1) ĠU C 79, 16.03.2013
Full & Egal Universal Law Academy