29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/24
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — AbbVie vs EMA
(Kawża T-44/13 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti miżmuma mill-EMA li jinkludu informazzjoni sottomessa minn impriża fil-kuntest tat-talba tagħha għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Deċiżjoni li tagħti lil terz l-aċċess għal dokumenti - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi)
2013/C 189/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AbbVie, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti); u AbbVie Ltd (Maidenhead, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Bogaert, G. Berrisch, avukati, B. Kelly, G. Castle, solicitors, D. Anderson, QC, u D. Scannell, barrister)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jablonski, N. Rampal Olmedo u A. Spina, aġenti)
Suġġett
Talba essenzjalment intiża sabiex tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EMA/748792/2012 tal-EMA, tal-14 ta’ Jannar 2013, li tagħti lil terz, bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal ċerti dokumenti li fihom informazzjoni sottomessa fil-kuntest ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Humira ddestinat għat-trattament tal-marda Crohn.
Dispożittiv
(1)
Hija sospiża l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EMA/748792/2012 tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), tal-14 ta’ Jannar 2013, li tagħti lil terz, bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, l-aċċess għar-rapporti ta’ studji kliniċi M02-404, M04-691 u M05-769, sottomessi fil-kuntest ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Humira ddestinat għat-trattament tal-marda Crohn.
(2)
L-EMA hija ordnata ma tiżvelax id-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy