12.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/6
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2013 — ClientEarth u Stichting BirdLife Europe vs Il-Kumissjoni
(Kawża T-56/13) (1)
(Aċċess għal dokumenti tal-Istituzzjonijiet - Dokument miżmum mill-Kummissjoni li jikkonċerna l-politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-enerġija - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 298/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); u Stichting BirdLife Europe (Zeist, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: O. Brouwer, avukat)
Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Clotuche-Duvieusart, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal dokument li jikkonċerna l-politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-enerġija.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn ClientEarth u Stichting BirdLife Europe.
(1) ĠU C 101, 06.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy