1.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 431/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2014 – BT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-59/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt - Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”))
(2014/C 431/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: BT (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: N. Visan u G. Coca, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u A.-C. Simon, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2012, BT vs Il-Kummissjoni (F-45/12, ĠabraSP, EU:F:2012:168), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
BT għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanża.
(1) ĠU C 114, 24.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy