19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-64/13) (1)
([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006) - Kuntratt li jikkonċerna l-proġett Doc@Hand - Rimbors tas-somom antiċipati - Ittra li tħabbar il-ħruġ ta’ nota ta’ debitu - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”])
(2015/C 016/59)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Cordewener, aġenti, assistiti minn S. Drakakakis, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE, intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tikkonstata, l-ewwel nett, li r-rikorrenti ma hijiex obbligata tirrimborsa s-somma li l-Kummissjoni ħallsitha għall-proġett Doc@Hand, konkluż fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006) u, it-tieni nett, li r-rikorrenti ma hijiex obbligata tħallas kumpens f’somma f’daqqa għall-istess proġett.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 23.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy