1.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 431/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – BS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-83/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni tar-riskji ta’ inċident u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Prinċipju ta’ kolleġġjalità - Natura legali tal-kawża - Rata ta’ preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))
(2014/C 431/36)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: BS (Messina, l-Italja) (rappreżentant: C. Pollicino, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u V. Joris, sussegwentement minn J. Currall, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, BS vs Il-Kummissjoni (F-90/11, ĠabraSP, EU:F:2012:188), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
BS għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 101, 06.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy