16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/25
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2013 — Van Neyghem vs Il-Kunsill
(Kawża T-113/13 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2007 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 266 TFUE - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2013/C 336/54
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Kris Van Neyghem (Tienen, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-12 ta’ Diċembru 2012, Van Neyghem vs Il-Kunsill (F-77/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Kris Van Neyghem għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 147, 25.5.2013.
Full & Egal Universal Law Academy